• Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ April

  • Ġwanni 8,51-59

    Tassew tassew ngħidilkom li min iħares  il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt.” Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li ‘Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.’ Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x’taħseb li int?” Wieġeb Ġesù: “Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn. Imma dak li lili qiegħed jagħtini l-glorja huwa l-Missier, dak li intom tgħidu li hu Alla tagħkom, u madankollu ma għaraftuhx. Imma jiena nafu, u kieku kelli ngħid li ma nafux, kont inkun giddieb bħalkom. U mhux biss nafu, imma wkoll inħares il-kelma tiegħu. Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien se jara l-jum tiegħi, u rah u feraħ.” Qalulu l-Lhud: “Għadek anqas għalaqt il-ħamsin u rajt lil Abraham?” Qalilhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, qabel ma kien Abraham, jiena hu.” Għalhekk il-Lhud qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu; imma Ġesù nħbielhom u ħareġ mit-tempju.

     
    Il-Qaddisa tal-jum: Santa Maddalena ta’ Canossa