• San Mattew 11, 16-19

    “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil qabda  tfal  bilqiegħda fil-pjazez jgħajjtu lil   sħabhom  u jgħidu:

                            ‘Daqqejnielkom il-flawt,
                             u ma żfintux,
                             għannejnielkom in-niket,
                             u ma bkejtux!’
    Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”
    Festa tal-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Guadaloupe