Mark 8,14-21

U nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Hu wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!” Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż.” Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż. Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? X’ebusija ta’ ras għandkom? Għandkom għajnejn u ma tarawx? Għandkom widnejn u ma tisimgħux? Ma tiftakrux meta qassamt il-ħames ħobżiet bejn il-ħamest elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu mimlija bil-bċejjeċ li kien fadal?” Qalulu: “Tnax.” “Meta qassamt is-seba’ ħobżiet bejn l-erbat elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu bil-bċejjeċ li kien fadal?” Qalulu: “Sebgħa.”  “U għadkom ma fhimtux?” qalilhom.

Il-Qaddisin tal-jum: San Klawdju La Colombière