Il-VOTO (Volunteers of the Order of Malta) ipparteċipat għall-ewwel darba għall-Malta Holiday Camp li sar bejn l-10 u s-17 ta’ Lulju 2010. Dan il-kamp ilu jiġi organizzat kull sena għal dawn l-aħħar għoxrin sena. L-International Holiday Camp kif inhu magħruf, hija attivita’ mifruxa fuq ġimgħa u organizzata mill-membri assoċċjati mal-Ordni ta’ Malta. Kull sena din l-attivita’ tiġi organizzata f’pajjiż differenti u tilqa bejn t-350 u l-450 persuna minn 20 pajjiż differenti. Din l-ġimgħa ta’ ferħ iġġib flimkien voluntiera, u madwar mitejn parteċipant li kollha qed jaffrontaw sfidi kemm fiżiċi kif ukoll mentali fil-ħajja tagħhom. L-għan ta’ dan il-kamp huwa li jipprovdi spazju fejn voluntiera u parteċipanti jistgħu jinteraġixxu flimkien fuq l-istess livell. Kemm jekk parteċipant qiegħed fuq siġġu tar-roti kif ukoll jekk għandu xi diżabilta oħra, jiġi megħjun sabiex jipparteċipa bi sħiħ f’kull attivita.

Il-parteċipanti ikollhom ġurnata mimlija daqs bajda b’attivitajiet li jinkludu scuba diving, horse riding, ibburdjar u sewqan ta’ ajruplani fost l-oħrajn. Diversi ħarġiet u quddies huma organizzati u fihom kulħadd jipparteċipa bla ebda distinzjoni.

Il-parteċipanti u l-voluntiera irritornaw lura lejn Malta għajjenien u jbatu minn nuqqas ta’ rqad, pero bi tmissima fuq wiċċhom u memorji sbieħ li jkomplu jgħożżu f’qalbhom.

Michael Ellul Sullivan