• Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Settembru

  • Luqa 7, 11-17

    Wara dan imbagħad mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies.  Kif wasal qrib il-bieb  tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha.”Tibkix” qalilha.  Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: “Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!”  U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu. In-nies kollha tkexkxu bil-biża’, u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: “Profeta kbir qam fostna” u,”Alla żar il-poplu tiegħu.”  U dan il-kliem li qalu xtered mal-Lhudija u dawk l-inħawi kollha.

    Il-Qaddis tal-jum: San Robertu Bellarmino