• Il-Vanġelu tal-jum: 17 t’Awwissu

  • Mattew 19, 13-15

    Mbagħad ressqulu quddiemu xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom.  U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” Mbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

    Il-Qaddis tal-jum: Santa  Klara tas-Salib