• Mattew 23,27-32

    “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajjda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen! “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tibnu l-oqbra lill-profeti, iżżejjnu l-monumenti tal-ġusti, u tgħidu, ‘Kieku konna fi żmien missirijietna ma konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-profeti,’ u b’hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied il-qattiela tal-profeti! Mela issa komplu sa l-aħħar dak li bdew missirijietkom!
     

    Il-Qaddisa tal-jum: Santa Monika