Blessed John Paul II

Il-Kongregazjoni tal-Vatikan għall-Qima Divina u s-Sagramenti approvat il-jum tat-22 t’Ottubru bħala l-jum li fl-Istati Uniti tal-Amerka jfakkar lill-Beatu Ġwanni Pawlu II. Il-Konferenza Episkopali Amerikana ħabbret li t-tifkira libera tal-Papa kienet approvata biex tkun inkluża fil-kalendarju tad-djoċesijiet Amerikani.

Il-ġurnata, li taħbat mal-anniversarju tal-inawgurazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II bħala Papa, kienet diġa approvata mill-Isqfijiet Amerikani f’Novembru li għadda. L-approvazzjoni tal-Kongregazzjoni tal-Vatikan kienet fil-fatt l-aħħar stadju.

Digriet iktar kmieni maħruġ mill-istess Kongregazzjoni approva ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa ta’ radd il-ħajr għal Ġwanni Pawlu II matul is-sena wara l-beatifikazzjoni tiegħu fil-11 ta’ Mejju 2011.