Catholic.net ndiet il-kompetizzjoni marbuta mal-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-kompetizzjoni hi marbuta ma’ komponiment u hi miftuħa għal żgħażagħ minn kwalunkwe pajjiż u li għandhom bejn is-16 u t-28 sena.

Ir-rebbieħ se jingħata vjaġġ lejn Madrid fi Spanja għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awwissu li ġej.

Il-parteċipanti huma mitluba jiktbu essej fit-tul u jwieġbu l-mistoqsija “How have you found God?” – jiġifieri “Kif sibt lil Alla?”

Biex ikun indirizzat dan is-suġġett, huma rakkomandati temi relattivi bħall-kuraġġ fil-ħajja, l-imħabba t’Alla, il-ferħ, l-imħabba li joffri Ġesu, il-missjoni u l-bidla ġewwiena, kif ukoll is-Sagramenti.

L-aqwa essejs se jkunu ppubblikati fi ktieb. Il-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni hi mħeġġa u kull individwu għandu ċans sal-31 ta’ Diċembru li ġej biex jissottometti l-esej tiegħu.

NORTH HAVEN, Connecticut, NOV. 15, 2010 (Zenit.org)