F’għeluq it-80 sena minn twelidu, ġiet ippubblikata l-bijografija ta’ Grezzju Pace, li kien membru tas-Soċjetà tal-MUSEUM u għalliem fi skejjel primarji u sekondarji.

F’din il-bijografija ħuh, Joe Pace, jirrakkonta b’mod realistiku kif Grezzju ta sehmu fil-formazzjoni reliġjuża tal-parroċċa tas-Siġġiewi u kien juża kull okkażjoni biex jgħallem u jressaq it-tfal, iż-żgħażagħ lejn Alla.  Grezzju għadda minn diversi esperjenzi f’ħajtu u dejjem fittex x’inhi r-rieda ta’ Alla għalih.  Il-karattru ta’ Grezzju joħroġ mhux biss minn rakkonti ta’ ġrajjiet ta’ dawk li kienu l-aktar qrib tiegħu, imma wkoll mill-kummenti ta’ ħafna li kellhom ix-xorti li jkunu jafuh u jixorbu mit-tagħlim tiegħu.

Kopja ta’ dan il-ktieb tista’ tinkiseb għal €10 mill-istationers ewlenin fis-Siġġiewi u mil-Librerija Preca. Il-qligħ kollu se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.