• Ippubblikati r-riżultati ta’ Grassroots

  • Ir-rapport tar-riċerka dwar il-Youth Ministry f’Malta ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Imsemmija ‘Grassroots’, il-pubblikazzjoni fiha r-riżultati ta’ studju wiesa’ dwar l-ambjenti pastorali preżenti għall-adolexxenti u żgħażagħ.

    Grassroots huwa għodda siewja għar-riflessjoni u azzjoni dwar l-istat tal-ħidma tal-Knisja maż-żgħażagħ illum. Id-dokument jinvestiga n-natura u l-metodoloġiji ta’ programmi offruti; il-profili ġenerali tal-membri u l-motivazzjonijiet tagħhom; il-karatteristiċi tal-fidi, reliġjożità u spiritwalità qalb iż-żgħażagħ u l-adolexxenti; perċezzjonijiet tagħhom dwar il-Knisja, impenn, u kwistjonijiet soċjali fost l-oħrajn.

    L-istudju sar mill-Istitut għar-Riċerka dwar is-Sinjali taż-Żminijiet (Discern), u qies informazzjoni kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva fuq medda ta’ tmien xhur fl-2013. Rapport preliminarju tar-riċerka ġie diskuss mad-diversi mexxeja pastorali waqt l-Assembela tal-Youth Ministry, fi Frar din is-sena. B’hekk ingħata bidu għall-proċess ta’ pjanifikazzjoni għall-ħima fost iż-żgħażagħ għat-tliet snin li ġejjin.

    The results of this research may be obtained from KDZ. More info by email on [email protected]