Ħamsin sena wara li l-Konċilju Vatikan II nieda impenn kattoliku ġdid għad-djalogu inter-reliġjuż, ix-xogħol ikompli, partikolarment dwar kjarifiċi tal-attitudnijiet tal-Knisja lejn reliġjonijiet oħrajn. Sakemm għadd ta’ kattoliċi għadhom iħarsu lejn reliġjonijiet oħra b’disrispett, kattoliċi oħra donnhom iżommu li Konċilju Vatikan II għallem li r-reliġjonijiet kollha huma toroq validi ndaqs li jwasslu lejn Alla u lejn il-milja tal-verita.
Il-Prefett il-ġdid tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, l-Arċisqof Gerhard Muller, qal riċentament li ż-żewġ estremi huma żbaljati. F’Assisi huwa prova jispjega d-differenzi bejn ir-rispett kattoliku għal kull tiftixa onesta ta’ reliġjon għal Alla u l-iżball fil-ħsieb li l-Kristjaneżmu m’għandu xejn essenzjali xi jżid. Li jingħad li r-reliġjonijiet kollha huma bażikament simili ta’ xulxin, attwalment “ifisser negazzjoni jew iddubitar tal-possibilta ta’ komunikazzjoni reali bejn Alla u l-bniedem”, qal l-Arċisqof Muller. Dan għax fi kliemu stess, il-veritajiet tal-fidi Ġudeo-Kristjana mhumiex frott ta’ intervent uman imma riżultat tar-rivelazzjoni ta’ Alla. Li wieħed ma jemminx li l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu mill-mewt jagħmel il-Kristjaneżmu uniku fost ir-reliġjonijiet, hi fl-essenza tagħha ekwivalenti għaċ-ċaħda ta’ Alla li sar bniedem fil-persuna ta’ Ġesu Kristu jew għall-istqarrija li d-divinita ta’ Kristu hi ‘metafora poetika, sabiħa pero surreali’.
Għal sekli sħaħ, Papiet u uffiċjali tal-Vatikan dejjem għallmu li l-għan tad-djalogu inter-reliġjuż ma kienx li wieħed jasal għal xi qbil fuq prinċipji reliġjużi jew morali kulħadd fid-dinja ikun jista’ jaċċetta. Għall-mexxejja kattoliċi, l-għan ta’ tali djalogu hu għal nies li għandhom għeruq sodi fi tradizzjonijiet differenti ta’ fidi sabiex jispjegaw twemminhom lil xulxin, jikbru fl-għarfien u fir-rispett lejn xulxin, u jgħinu lil xulxin jersqu qrib il-verita dwar Alla u għat-tifsira tal-umanita.