L‑iskejjel tal‑Knisja qed jaħdmu qatigħ sabiex jiftħu u jilqgħu lill‑istudenti u l-edukaturi f’ambjent kemm jista’ jkun sigur. Qed isir ħafna xogħol u saru ħafna spejjeż biex jinħoloq dan l‑ambjent. Barra minn hekk, l‑iskejjel tal‑Knisja għaddejjin b’diskussjonijiet kontinwi mal‑Ministeru tal‑Edukazzjoni u x‑Xogħol, u mal‑Malta Union of Teachers.
Is‑saħħa u s-sigurtà tal‑istudenti, tal‑istaff kollu u tal‑familji tagħhom, u tal‑komunità inġenerali, jibqgħu prijorità ewlenija għall‑iskejjel tal‑Knisja. Iż-żieda fit‑trasmissjoni tal‑COVID‑19 fil‑komunità f’dawn l‑aħħar jiem huwa ta’ tħassib serju. Sfortunatament dawn iċ‑ċirkustanzi jistgħu jfixklu l‑ftuħ tal‑iskejjel b’mod sigur.
L‑iskejjel tal‑Knisja jinsistu li jekk ma jkunux jistgħu jiftħu fiżikament, is‑sena skolastika xorta għandha tibda fid‑data diġà stabbilità minn kull skola, b’lezzjonijiet online, live jew irrekordjati fost mezzi diġitali oħra, skont it‑timetable tal‑iskola. Il-lezzjonijiet jingħataw mill-edukaturi li jkunu qed jaħdmu mill-iskejjel tagħhom.
L‑iskejjel tal‑Knisja jappellaw wkoll biex ikomplu jittieħdu l‑miżuri kollha mill‑awtoritajiet pubbliċi biex bis‑sehem ta’ kullħaddjiġi żgurat l‑ogħla livell ta’ sigurtà li jagħmilha possibbli li l‑iskejjel jiftħu fiżikament għall‑istudenti mill‑aktar fis possibbli. Dan fl‑aħjar interess tal‑istudenti kollha u tas‑sistema edukattiva.