Food security

Fi żmien diffiċli għall-ekonomija globali, qal li d-delegazzjoni tas-Santa Sede tinkoraġixxi lill-partijiet kollha sabiex iwessgħu l-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Organizzazzjoni għal oqsma bħall-agrikoltura, forestazzjoni u sajd speċjalment bil-għan ewlieni jkun tas-sigurta fl-ikel li saret indispensabbli. Qal li hu meħtieġ li mill-kliem wieħed jgħaddi iżjed għall-fatti.

B’referenza għall-ippjanar ‘il quddiem, l-Arċisqof żied li wieħed jittama li jitwessgħu l-forom ta’ appoġġ għall-prattiċi li jikkostitwixxu r-realta ekonomika bażika għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Irrefera wkoll għas-sostenibilita ta’ sistemi ta’ tqassim tal-ikel li ma jkunux limitati għal teknikalitajiet ta’ manifattura, għall-konservazzjoni tar-riżorsi, jew għall-iskambju tal-informazzjoni. Temm jgħid li l-approċ ta’ sostenibilita marbut mal-persuna umana għandu jgħin biex jingħata aktar tifsir lir-responsabbilta li għandu kull individwu lejn il-ġenerazzjonijiet futuri.