Din hi vista li ssegwi dak li kien wiegħed Mons. Arċisqof nnifsu meta kien ordant Arċisqof tal-gzejjer tagħna.  Ħutna l-Maltin ta’ barra, jibqgħu ħutna u rridu ngħinuhom jibqgħu jiskopru, jħobbu u jgħixu l-fidi tagħhom.  Mhux hekk biss imma bil-prezenza tiegħu Mons. Arċisqof irid juri l-apprezzament tiegħu għas-sagriffiċji li dawn ħutna għamlu u magħhom jaqsam is-suċċessi tagħhom kif ukoll juri solidarjeta’ fid-diffikultajjiet tagħhom.  B’dan il-mod jiqba’ juri li dawn ħutna huma u jibqgħu dejjem f’qalbna.

Din il-vista bdiet billi tlaqna minn Toronto u fi triqtna lejn l-Istat ta’ Michigan, U.S.A., f’Detroit, waqafna Windsor, post fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-America. Hemm sibna komunita’ zgħira ta’ Maltin li laqgħna ħafna.

Ħafna mill-Maltin kienu emigraw lejn Detroit biex hawn isibu jaħdmu l-aktar fl-industrija tal-bini tal-karozzi.  Kienu zminijiet bi prospetti tajbin imma wkoll diffiċili b’mod speċjali z-zmien ta’ wara l-aħħar gwerra dinjija. Il-Maltin huma mgħarufin għall-bzulija u l-ġenjita’ tagħhom u hawn hekk, f’Detroit, insibu storja ta’ suċċess.  Illum, li l-ġenerazzjoni tal-emigranti qegħda tonqoss insibu li ħafna jridu jibqgħu jfittxu l-wens ta’ xulxin u għalhekk hemm il-clubs fejn fihom issibu l-isfog tagħom.  Huma kollha jixtiequ li dawn il-kazini jkunu aktar frekwentati mill-ġenerazzjoni zgħazugħa.  Wieħed jifehm li z-zgħazagħ għandhom mod ta’ ħajja differenti mill-kbar u l-anzjani u għalhekk ma tantx jħossuhom jappartjenu għal dawn il-lokalitajiet.  It-tama hi li meta jgħaddu dan iz-zmien taz-zogħzijgħa jerġgħu jħossu li għandhom jifhmu  aktar l-għeruq ta’ minn fejn bdew missirijiethom u jirritornaw biex izommu ħajjin dawn il-lokalitajiet.

Mons. Arċisqof filwaqt li zgħar dawn il-clubs għamilhom l-kuraġġ, urihom l-apprezzament tiegħu u talab magħhom meta ċċelebra l-quddiesa.  Fl-omeliji tiegħu tkellem fuq l-ezempju ta’ San Ġorg Preca, l-ewwel qaddis Malti, kif dan is-saċerdot li ma kellu pretensjoni ta’ xejn ħlief li jkun mimli bl-imħabba għal Alla, għamel minn kollox biex ixandar din l-imħabba t’Alla. Hekk saħaq Mons. Arċisqof li għandha tkun il-ħajja tagħna, rikonoxxenti għal dak kollu li għamel magħna Alla l-imbierek u nwasslu din ir-rikonoxxenza ma’ kull min nilltaqgħu. Il-Maltin hekk ikunu appostli u kif huma irċevew il-fidi minn missirijiethom, dik il-fidi li wasslilna San Pawl, 1950 sena ilu, issa nwassluha lil ta’ madwarna. Mons. Arċisqof qasam ukoll il-ferħ tal-esperjenza tal-poplu Malti li laqa’ bi ħġaru lil Q.T. il-Papa Benedittu XVI.

Il-Ħadd 2 ta’ Mejju, saret qudddiesa fil-parroċċa ta’ ‘Holy Trinity’, fejn tlabna għall-erwieħ mejtin tal-Maltin Emigranti, li ħafna minnhom meta kienu jaslu Detroit kienu jgħixu f’dawn l-inħawi. Hawnhekk ukoll għad hemm club li jfakkar dawn l-ewwel Maltin.

Wara l-jumejn f’Detroit qbadna t-triq lura għal Canada b’waqfa f’London. Dan post ieħor fil-Canada fejn ghad hemm diversi Maltin. Huma wkoll għandhom club fejn jiltaqgħu b’mod regolari.

Ta’ minn isemmi l-kontribut li ħafna saċerdoti taw u għadhom jagħtu ma’ dawn il-komunitajiet Maltin.  Illum naqsu dawn is-saċerdoti imma għad baqa’ u Mons. Arċisqof kellu kelma ta’ inkoraġġiment u apprezzament għal dak kollu li għamlu u għadhom jagħmlu.  Dawn is-saċerdoti dejjem kienu ta’ unur għal kleru Malti f’dawn il-missjonijiet.

Fil-ġranet tal-vista f’Detroit kellna wkoll jakkompanjana l-E.T. l-ambaxxatur Malti għall-Amerika u l-Kanada, is-Sur Mark Miceli Farrugia.

Fr. Alfred Vella