-
Jibda jitqassam id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2014
-
26 ta’ Settembru 2013
Id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2014 qed jitqassam bħalissa f’kull dar ta’ Malta u Għawdex. Il-kumpanija Maltapost ġentilment offriet li tqassam mingħajr ħlas id-djarji fid-djar kollha. F’dawn l-aħħar ġimgħatejn għadd kbir ta’ volontiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t’id fl-ippakkjar ta’ dawn id-djarji f’envelopes apposta. Bħal fis-snin l-imgħoddijja, minbarra l-kalendarju dettaljat, id-djarju fih il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta’ matul il-ġimgħa fil-knejjes kollha ta’ Malta u G]awdex.
Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef qal li d-Dar għadha tista’ twettaq l-għanijiet li għalihom twaqqfet minn Dun Mikiel Azzopardi fl-1965, grazzi g]all-appoġġ sħieħ li l-Maltin u Għawdxin jagħtu, kemm b’ħidma volontarja kif ukoll dik finanzjarja. Permezz ta’ dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa’ jintuża s-sena kollha, is-sostenituri ikollhom l-opportunita’ li juru s-solidarjeta’ tagħhom mad-Dar li toffri residenza lil madwar mitt persuna b’diżabilita’ bl-aħjar ambjent li jgħin fl-iżvilupp tagħhom.
Ir-ritratt bil-kulur tal-qoxra “Pajsaġġ f’Għawdex” huwa meħud minn pittura ta’ Richard Saliba.
Gasan Mamo Insurance u Middlesea Valletta Life Assurance Company Ltd. sponsorjaw l-istampar tad-djarju.