Wara tminn snin fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika, il-Papa Benedittu XVI temm b’mod uffiċjali l-Pontifikat tiegħu. B’hekk, il-Vatikan issa jinsab fi stat ta’ “Sede Vacante”. Dan sakemm il-Kardinali jiltaqgħu fil-Konklavi biex jaħtru Papa ġdid. Mat-tmiem dan il-pontifikat fit-8pm tal-Ħamis, l-aħħar jum ta’ Frar 2013, il-gwardji Svizzeri ssiġillaw l-appartament tal-Papa u nqered iċ-ċurkett, kif inhi l-proċedura ta’ meta jmut Papa. Id-data tal-konklavi għadha mhix magħrufa. Iżda wara li l-Papa għamel tibdiliet fil-liġi, il-Kardinali m’għandhomx għalfejn jistennew 15-il jum wara r-riżenja tiegħu biex immexu ‘l quddiem il-proċess li permezz tiegħu jaħtru Papa ġdid.
Benedittu XVI ħabbar li se jirriżenja lura fil-11 ta’ Frar 2013, b’aħbar li kienet sorpriża. Iktar kmieni, Benedittu XVI irringrazzja lill-poplu u ta l-aħħar tislima tiegħu bħala Papa permezz ta’ barka. Qal li issa, ladarba mhux iżjed Papa, huwa sar ‘sempliċi pellegrin’.