[lang_en]

[lang_mt]

Il-Kapitlu ta’ Sant’Elena, B’Kara, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi u d-Discern (Istitut għar-Riċerka dwar is-Sinjali taż-Żminijiet), qed jorganizza Forum biex ifakkar is-sbatax-il ċentinarju mill-proklamazzjoni tal-Editt ta’ Milan mill-Imperatur Kostantinu fis-sena 313.

Fil-forum se jieħdu sehem dawn il-kelliema: il-Professur Sergio Tanzarella mill-Universita’ Gregoriana f’Ruma (313: From the Meeting at Milan to the Edict at Nicomedia and a Historical Perspective. Sources for a Religious Politic which inaugurated Constantinism) u Rev. Dr Hector Scerri mill-Universita’ ta’ Malta (The Lasting Relevance of ‘Dignitatis Humanae’ of Vatican Council II).

Il-forum se jsir nhar il-Ġimgħa 26 ta’ April, fis-7.00 p.m., fl-Oratorju San Domenico Savio, Triq San Ġiljan, B’Kara. Kulħadd huwa mistieden.

Barra minn dan, qed tittella’ wirja fil-Mużew tal-Katidral, l-Imdina, bl-isem 313 Kostantinu, mid-19 sat-30 ta’ April (Dħul: mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9.30 a.m. – 4.45 p.m., u s-Sibt 9.30 a.m. – 3.00 p.m.). Id-dħul għal din il-wirja huwa b’xejn.

[/lang_mt]