Vocations

Hu mistenni li fl-Ingilterra u Wales, fl-2013, 38 ġuvni jkunu ordnati saċerdoti. Dan ifisser id-doppju tal-ordinandi fl-2011 meta kienu ordnati 20 persuna.

Il-Catholic Herald irrapportat dan u osservat li l-għadd ta’ seminaristi fl-Arċidjoċesi ta’ Southwark biss hu iktar mid-doppju ta’ dak li kien hemm fl-2005, meta kien ta’ 10, waqt li llum hu ta’ 26.

Is-sit internet ta’ din l-Arċidjoċesi jgħid li “kampanja ta’ talb għall-vokazzjonijiet ikkoinċidiet ma’ żjieda drammatika fl-għadd ta’ ġuvintur li resqu bħala kandidati potenzjali għas-saċerdozju”.

Il-Catholic Herald kompliet tirraporta dak li qal id-Direttur tal-Vokazzjonijiet fl-Arċidjoċesi li tkellem dwar tqassim ta’ karti apposta bit-talba tar-rużarju u dwar l-inkoraġġiment ta’ kull parroċċa għas-sigħat ta’ talb.

Iktar kmieni dan ix-xahar, Fr Stephen Langridge inħatar bħala l-ewwel direttur full-time fl-aħħar tletin sena fil-qasam tal-Vokazzjonijiet fl-Arċidjoċesi.