***

Direttur:          Taika Waititi

Atturi:              Roman Griffin, Davis Thomasin McKenzie, Taika Waititi, Rebel Wilson, Stephen Merchant, Alfie Allen, Sam Rockwell u Scarlett Johansson

Ħin tal-Film:    108 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

Johannes “Jojo” Betzler, tfajjel ta’ għaxar snin, jghix m’ommu Rosie fi żmien meta l-Ġermanja kienet maħkuma minn Nażismu qrib it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Missieru kien qiegħed iservi bħala suldat fuq il-Front Taljan għalkemm f’dawn l-aħħar xhur kienu tilfu kull kuntatt miegħu. Inge, oħtu l-kbira mietet reċentement bl-influwenza. Il-ġingostiku Jojo kien spiss jitkellem ma’ Adolf Hitler, ħabib immaġinarju iżda b’verzjoni ta’ tifel li kien.

Jojo u l-ħabib tiegħu Yorki daħlu jieħdu sehem f’kamp ta’ taħriġ fil-Deutches Jungvolk Hitler Youth immexxi mill-Kaptan Wehrmacht Klenzendorf.  Meta Jojo ġie ordnat biex joqtol fenek minn xi żagħżagħ tal-moviment Hitler Youth, Jojo ma kellux il-qalb li jagħmel dan u waqt li ħalla l-fenek jaħrab, hu telaq jibki hekk kif it-tfal kollha tal-kamp bdew jgħajruh “Jojo Rabbit”.

Wara diskursata ta’ ħbieb ma’ Adolf Hitler, Jojo jmur lura u hemm jitfa’ Shielhandygranate mingħajr permess b’riżultat li din splodiet qrib riġlejh u weġġagħtu sew.  Wara li Jojo rkupra, Rosie titlob lil Klenzendorf  biex jerġa’ jagħti ċans ieħor lit-tifel tagħha. Klenzendorf iħalli lil Jojo jagħmel biċċa xogħol sempliċi billi jqassam xi fuljetti propagandisti u fl-istess waqt jiġbor ruttam biex jgħin fl-isforzi għal-gwerra.

Jum wieħed, Jojo sab ruħu waħdu fid-dar u jiskopri li fid-dar, bil-moħbi, kienet qegħda tgħix Elsa Kerr, teenager Lhudija li darba wkoll kienet ħabiba fl-iskola m’oħtu. Jojo jhedded lil Elsa li sejjer jikxifha mal-Gestapo iżda hi twiddbu li jekk jagħmel hekk ommu tiġi mixlija li kienet kompliċi u tinqatel mill-Ġermaniżi. Għalhekk Jojo jaqbel li jgħinha biex tkun imħarsa iżda bil-kundizzjoni li hi tgħinu biex jikteb ktieb fuq “Sigrieti Lhud” għal Klenzendorf.

Elsa tilgħab il-logħba tiegħu billi tħarriflu stejjer fuq il-qawwa tal-Lhud. Jojo juri l-għadab tiegħu m’ommu għalkemm qatt ma jgħidilha li hu kien sar jaf fuq Elsa. Darba waħda Jojo jara fit-triq lill-ommu tqassam karti kontra n-Nażisti. X’jiġri iżda meta ftit wara l-Gestapo jagħmlu żjara fid-dar fejn Jojo kien jinsab waħdu, b’Elsa mistoħbija fis-sular ta’ fuq? Sadanittant x’kien ġara’ minn ommu Rosie?

Fim Amerikan, dramm, kummiedja u satirika, taħt id-direzzjoni ta’ Taika Waititi u msejjes fuq il-ktieb Caging Skies ta’ Christine Leumen. Minħabba li xi xeni jistgħu jimpressjonaw, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena.