****

Direttur:          J. J.Abrams

Atturi:              Carrie Fisher, Mark Hamill, Adam Driver, Daisy Ridley, John Boyega, Oscar Isaac, Anthoy Daniels, Naomi Ackie u Domhnall Gleeson

Ħin tal-Film:     142 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

Sena wara l-Battalja ta’ Crait, Kylo Ren jakkwista l-pjan Sith Wayfinder u jivvjaġġa lejn il-pjaneta Exegol. Hawn isib Palpatine bil-ħsara iżda li jiżvela li hu kien ħoloq Snoke bħala pupazz biex jagħti bidu għall-Ewwel Ordni. Palpatine wkoll jikxef l-armada sigrieta ta’ Star Destroyers li biha kien sejjer joħloq Imperu Galaktiku ġdid. Palpatine jitlob ukoll lil Kylo biex isib lil Rey li kienet qegħda tkompli t-taħriġ tagħha taħt il-Ġeneral Leia.

Sadanittant, Finn, Poe u Chewbacca jirnexxielhom jieħdu l-informazzjoni li Kylo kien sab minn mole fil-First Order. Dawn jiġu attakkati f’nasba minn ġellieda TIE, iżda jirnexxielhom jaħarbu u jmorru lura lejn il-bażi li kienu waqqfu r-Reżistenza. Wara li jsir jaf li Palpatine kien ġie lura, Rey isib nota li Luke Skywalker kien ħalla warajh.

Rey, Poe, Finn, Chewbacca, BB-8,  C-3PO jitilqu lejn Passanna biex hemm jagħmlu kuntatt li sar jaf bih Luke. Rw-D2 iżda baqa’ hemm ma’ Leia. Ġewwa Passanna, jiltaqgħu ma’ Lando Calrissian li jfehemhom li hu u Luke kienu sabu prodott artifiċjali f’lokal fid-deżert. Kylo jsir jaf fejn Rey kienet tinsab u għalhekk imur lejn Passanna mal-Kavallieri ta’ Ren. Rey u oħrajn isibu l-fdal tal-qatttiel Sith, il-vapur tiegħu kif ukoll l-istallett li fuqu kien hemm il-kitba Sith.

C-3PO ma kienx kapaċi jinterpreta l-kitba għax ma kienx programmat għalhekk. Sadanittant, Rey tħoss li Kylo kien qribha u għalhekk tmur biex tikkonfrontah.  L-Ewwel Ordni jaqbdu l-Millennium Falcon, lil Chewbacca u l-istallett. Rey tittanta ssalva lil Chewbacca iżda aċċidentalment teqred il-vettura tal-Ewwel Ordni, b’Chewbacca ġewwa fiha.

Il-grupp jaħrab permezz tal-vapur tal-qattiel b’qalbhom sewda li Chewbacca kien miet fl-ispluzzjoni. Poe jissuġġerixxi  li jmorru lejn Kijimi biex isiru jafu x’kien jgħid it-test ta’ fuq l-istallett. Dan għamluh permezz tal-memorja ppreservata ġewwa C-3PO. Din l-informazzjoni pprovdit koordinati għal pjan Wayfinder fuq Endor li fl-aħħar kellha twassalhom fil-lokal tal-Palpatine. Rey min-naħa tagħha tħoss li Chewbacca kien għadu ħaj u għalhekk il-grupp jorganizza missjoni biex isalvawh. X’jiġri minn hawn?

Film Amerikan taħt id-direzzjojni u kitba ta’ J. J. Abrams. Hu t-tielet film minn tlieta: The Force Awakens (2015  u The Last Jedi (2017). Dan hu l-aħħar episodju: The Rise of Skywalker, mimli azzjoni u li żgur għandu jogħġob lil dawk li jħobbu dawn it-tip ta’ films.