“Il-ħaddiema fid-djar tal-Knisja huma mħarrġa biex jaraw lil Ġesù Kurċifiss f’dawn in-nies li qed ibatu”. “Il-Knisja sakemm hu possibbli tkompli fuq l-eżempju ta’ Ġesù tgħin u tieqaf mal-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna”.
Hekk qalu rispettivament lil IL-ĠENSillum online id-Direttur tal-Kummissjoni Djoċesana ‘Ejjew Għandi’ risponsabbli mid-Djar għat-Tfal, Fr Victor Zammit McKeon, u ċ-Ċerpersin tal-Kummissjoni għad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani, Fr Valentino Borg.
Huma kienu qed jitkellmu ma’ din il-gazzetta online fl-okkażjoni ta’ Jum il-Karità; rikorrenza annwali fejn il-komunità Kattolika f’Malta tiftakar fid-diversi servizzi tal-karità li l-Knisja għandha fil-gżejjer Maltin: djar għat-tfal, għall-anzjani, għal persuni b’diżabilità, ħidmiet ma’ persuni vittmi tal-abbużi, vittmi tad-droga, alkoħol, azzard, u l-bqija.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com