• Kappillan ġdid għall-Kalkara

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Fr Ronnie Zammit bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara.

    Fr Ronnie Zammit twieled Ħ’Attard fis-9 ta’ Marzu tal-1982. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja St. Joseph fir-Rabat, fis-Seminarju Minuri tal-Arċisqof, u s-6th Form fil-Junior College tal-Msida. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

    Fr Ronnie ġie ordnat saċerdot fit- 3 ta’ Lulju tal-2009, u beda s-saċerdozju tiegħu fil-parroċċa ta’ Sant Elena Birkirkara u dan l-aħħar tlett snin kien qed jaqdi l-ministeru saċerdotali tiegħu bħala viċi-kappillan fil-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien.

    Il-parroċċa ta’ Kalkara tiġbor fiha madwar 3,010 persuna f’ 900 familja.