L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Gordon Refalo bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Luqa (Sant’ Andrija).
Dun Gordon twieled Tas-Sliema fl-1961. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu għand is-Sorijiet ta’ St Joseph u fil-Kullegg San Alwiġi, Birkirkara. Fl-1984 daħal is-Seminarju tal-Arċisqof u ġie ordnat saċerdot fl-1991.
Dun Gordon kien viċi-kappillan fil-parroċċa tal-Ħamrun (San Gejtanu), wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tan-Naxxar u kien kappillan fil-parroċċi ta’ Santa Luċija, Ibraġ u Swatar fejn ilu jservi għal dawn l-aħħar 7 snin. Huwa wkoll direttur spiritwali f’ St. Martin’s College, is-Swatar. Dun Gordon Refalo huwa l-president tal-Kulleġġ tal-Kappillani.
Il-parroċċa ta’ Ħal Luqa tiġbor fiha madwar 5,600 persuna f’1500 familja.