• L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Reuben Deguara bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara.

      Dun Reuben Deguara twieled fit-21 ta’ Lulju 1971. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-Mosta, l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo M.A. Vassalli, Tal-Ħandaq, u kompla s-6th Form fil-Junior College, l-Imsida. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija), u Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali, fl-Università ta’ Malta.

      Dun Reuben ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997. Beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Fl-2002 inħatar kappillan fil-Parroċċa ta’ Ħad Dingli, u fl-2006 kappillan fil-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Dun Reuben serva wkoll bħala direttur spiritwali fi skola sekondarja.

      Il-parroċċa ta’ Santa Marija tiġbor fiha madwar 3,500 persuna f’1,000 familja.