L-Arċisqof ta’ Lyon, il-Kardinal Philippe Barbarin, tkellem dwar il-ħniena, sinonima mal-isem t’Alla, u fisser li r-rwol tagħha ma jistax jintesa u jitwarrab waqt id-djalogu inter-reliġjuż.
Il-Primat ta’ gaul indirizza dan is-suġġett meta kien qedjippresiedi quddiesa fil-Knisja ddedikata lis-seba’qaddisin ta’ Efesu, fil-villaġġ żgħirta’ Vieux-Marche. Huwa kien qedjitkellem fil-kuntest tal-pellegrinaġġ Musulman-Nisrani, li nżamm għal dawn l-aħħar 60 sena f’din il-lokalita.
“Għaliex il-kelma ‘ħniena’ naqset milli ssib postha fi kliemna? Għaliex bħal donnu nibżgħu nużawha? Ninsab sorpriż dwardan,speċjalment meta wieħed josserva kemm hu terminu użat fil-Bibbja. Ikun żgur kunċett sabiħ għad-djalogu inter-reliġjuż”.
Il-Kardinal fakkar li l-poplu Lhudi rċieva s-sejħa biex ikun “qaddej tal-ħniena t’Alla f’kull pajjiż”. Żied li “dil-kelma tinstab fil-Quran. Hekk ukoll fil-Vanġeli. Ma nafx għax niċħduha daqshekk. Il-ħniena ħarġet minn fomm Kristu, minn fomm il-verġni Marija. Insibuha fil-kantiku ta’ Żakkarija, li hu t-talba tagħna ta’ kull filgħodu. Allura għax ma nużawhiex aħna wkoll?”
Innota wkoll li l-ħniena kienet ukoll il-wirt li ħallielna l-Papa Ġwanni Pawlu II, li fost titli oħra li attribwixxa lill-Alla l-Imbierek, semma l-Ħniena. “Fuq l-eżempju li tana l-Papa Wojtyla, ejja nfittxu li nużaw il-ħnienama’ħutna f’reliġjonijiet oħra”, tem mil-Kardinal.