WYD2011

Għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid fi Spanja, l-organizzazzjoni Knights of Colombus and the Sisters of Life, b’appoġġ minn diversi organizzazzjonijiet, qed jilqgħu u jagħtu servizz lil pellegrini li jitkellmu bl-Ingliż f’ċentru enormi fejn dawn jistgħu jattendu kunċerti, jitgħallmu iktar dwar il-fidi nisranija, jitolbu fis-skiet, jiddiskutu kwistjonijiet attwali u saħansitra jaċċessaw l-internet bla ħlas.

Għal waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, bejn is-16 u l-21 t’Awwissu, il-Palacio de Deportes ta’ Madrid jista’ jingħad li se jkun konvertit f’Ċentru tal-Ħajja u tal-Imħabba.

Il-Viċi President għall-Komunikazzjoni u l-Media tal-Organizzazzjoni, Andrew T.Walther, qal li “l-ewwel u qabel kollox, wieħed jittama li s-sit jgħin lin-nies tikber fil-fidi. Jekk il-pellegrini, sakemm jużaw is-sit imħejji, jitgħallmu xi ħaġa fuqna bħala organizzazzjoni, din tkun li aħna organizzazzjoni li tista’ tgħin lil kulħadd jgħix u jsaħħaħ il-fidi tiegħu permezz tal-karita u l-evanġelizzazzjoni tal-kultura.

Dawk iż-żgħażagħ li jippjanaw li jqattgħu jiemhom f’Madrid u jridu jużaw daċ-ċentru jistgħu jaċċessaw is-sit internet www.wydenglishsite.org

The Knights and Sisters of Life, komunita reliġjuża imwaqqfa fl-1991 mill-Kardinal John J. O’Connor ta’ New York, sponsorjat  ċentru f’Sydney waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ hemmhekk fl-2008. F’kummenti lill-istampa ngħad li kienu mistiedna kelliema biex jindirizzaw lill-pellegrini din id-darba wkoll. Id-diferenza minn Sydney, din id-darba hi li l-Palacio de Deportes jiflaħ iżjed nies, iktar minn 10,000.