Dawn kienu l-kliem tan-nies li saru jafu mill-qrib lil Fr. Eric Overend, l-Arċipriet taż-Żejtun, waqt il-quddiesa tal-funeral tiegħu, ilbieraħ l-1 ta’ Mejju 2013, fil-Knisja Parrokkjali. It-tebut tiegħu kien akkumpanjat minn ommu Carmen, li ħalliet din il-ħajja jumejn qablu.

Knisja mimlija bin-nies, siekta, u mingħajr kliem, irriflettiet fuq il-ħidma ta’ Fr Eric fl-appostolat tiegħu: maż-żgħażagħ, mal-familji, mal-koppji, mas-semmiegħa tar-Radju, u ma’ dawk kollha li kellhom bżonn. Ma nistgħux ninsew il-ħidma li għamel Fr Overend fil-qasam tal-ambjent, ħidma asswidwa sal-aħħar. Is-sens qawwi ta’ gratitudni li kellu fil-kliem u fl-eżempju tiegħu inisslu ispirazzjoni għal kulħadd, l-aktar dawk li jaħdmu fl-għalqa tal-Mulej.

Verament kien saċerdot għall-qalb ta’ Alla. Niftakru fih fit-talb tagħna.

[vimeo]http://vimeo.com/65217991[/vimeo]

Siltiet mill-quddiesa tal-funeral

[vimeo]http://vimeo.com/65210205[/vimeo]

[filmati: Newsbook.com.mt]