“Knejjes Ġermanizi jwasslu l-awguri tagħhom lil Christian Wulff għall-fatt li kien elett President Federali tal-Ġermanja”. Dan jirrifletti l-messaġġ tal-President tal-Konferenza Episkopali, Mons Robert Zollitsch, u tal-President tal-Kunsill tal-Knisja Evanġelika, Nikolaus Schneider.
Mons Zollitsch qal li “l-President Federali l-ġdid qed jaċċetta l-kariga fi żmien mill-iktar diffiċli”. Schneider min-naħa tiegħu rrimarka “l-aspettattivi kbar u t-tamiet marbuta ma’ din l-elezzjoni”.
Għalhekk it-tnejn jirreferu għas-sitwazzjoni attwali. It-tnejn itennu li huwa “importanti ħafna” li Wulff “jiffaċċja l-isfidi kbar”, grazzi għall-esperjenza kbira tiegħu. B’mod partikolari, Schneider iżid lib l-esperjenza politika li għandu u bid-diplomazija tiegħu, Wulff “ikkonvinċa lil kulħadd li hu se jkun kapaċi jiffaċċja l-isfidi li jmiss bl-iktar mod adekwat”. Il-ħatra tal-President Federali ġdid kienet approvata wkoll b’awgurju mill-Kumitat Ċentrali tal-Kattoliċi Ġermaniżi u minn għadd ta’ Isqfijiet.