Il-working document tal-Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi ta’ Malta bit‑tema ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed – Proċess ta’ Dixxerniment Ekkleżjali 2020‑2023’ jelenka erba’ prijoritajiet ewlenin għall‑Knisja: li tisma’, li tilqa’, li takkumpanja u li toħrog bla biża’ biex ixxandar l‑Bxara t‑Tajba.

Dan id‑dokument, li huwa ispirat mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Emmaws (Lq 24:13-35), inkiteb wara konsultazzjoni wiesgħa li saret matul dawn l‑aħħar xhur ma’ għadd ta’ persuni involuti f’diversi ħidmiet tal‑Knisja u tas-soċjetà Maltija.

L-Isqfijiet ser jismgħu r‑reazzjonijiet għal dan id‑dokument bħala parti minn proċess ta’ dixxerniment ekkleżjali, sa ma jiġi ppublikat id-dokument finali f’Jannar li ġej.