Taħdita wara l-oħra fil-konferenza tal-Vatikan dwar l-AIDS urew li l-użu tal-kondoms fil-prevenzjoni tal-AIDS tibqa’ kwistjoni sensittiva kemm għal uffiċjali tal-Knisja kif ukoll għal esperti tas-saħħa fix-xena internazzjonali.
Michel Sidibe, direttur eżekuttiv tal-UNAIDS, qal lill-parteċipanti tal-konferenza li kien pożittiv li fil-ktieb riċenti tiegħu “Light of the World” il-Papa Benedittu XVI argumenta li l-użu tal-kondom fil-prevenzjoni ta’ infezzjoni jista’ jkun l-ewwel pass lejn responsabbilta morali. Waqt li uffiċjali tal-Vatikan kienu qed isegwu b’attenzjoni,Sidibe ikkwota s-siltiet relevanti mill-ktieb tal-Papa. “Din importanti ħafna. Lili għenitni nifhem il-pożizzjoni tiegħu aħjar u fetħitli spazju ġdid għal djalogu”, kompla.
Ftit wara tkellem l-Arċisqof Silvano Tomasi li wkoll kwota mill-ktieb tal-Papa,il-parti li bdiet bil-kliem “manistgħux insolvu l-problema tal-AIDS billi nqassmu l-kondoms”. Bħal uffiċjali oħra tal-Vatikan,l-Arċisqof Tomasi, rappreżentant tal-Vatikan għall-aġenziji tal-Ġnus Maqgħuda f’Ġinevra, qabad l-argument mill-aspett li l-kampanji dwar il-kondomfallew milli jindirizzaw il-kwistjoni fundamental ital-imġieba sesswali irresponsabbli fit-tixrid tal-virus tal-AIDS.
Il-konferenza ta’ jumejn serviette ta’ forum għall-kjarifika ta’ prattiċi pastorali meta wieħed jiġi għall-isforzi tal-Knisja fil-ġlieda kontra l-AIDS. Ebda linji gwida ma’ ħarġu, pero għad jistgħu joħorġu. Hu mifhum li kif soltu jsir, l-ewwel il-Vatikan ifassal prinċipji liimbagħad jiżviluppaw b’mod naturali.