Il-Papa Benedittu XVI se jżur Malta s-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl. Il-Papa se jasal Malta s-Sibt wara nofsinhar u jħalli pajjizna l-Ħadd filgħaxija. Mal-wasla tieg]u, wara laqgħat mal-ogħla Awtoritajiet Ċivili, il-Qdusija Tiegħu se jżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Il-Ħadd filg]odu, il-Papa se jmexxi ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana u wara nofsinhar, laqgħa maż-żgħażagh fil-Valletta Waterfront.
Il-konferma taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI qed titħabbar wara li fit-12 ta’ Settembru sar magħruf li kien hemm possibilita’ li l-Papa jżur Malta s-sena d-dieħla. Dan kien possibbli wara l-istedina mill-Isqfijiet ta’ Malta u mill-President tar-Repubblika.
Id-dettalji dwar il-programm taż-żjara tal-Papa jitħabbru aktar il-quddiem.
Għal aktar aħbarijiet riċenti dwar iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta żur is-sezzjoni: Iż-Żjara tal-Papa Malta