-
-
X’sens fiha l-ħajja? Veru jeżisti Alla? Wara din id-dinja, jispiċċa kollox? Tixtieq tiddiskuti fuq mistoqsijiet bħal dawn? Jekk ‘iva’, nistednuk tieħu sehem fl-Alpha Course. Għall-ewwel darba f’Malta, dan il-kors ser isir għall-koppji.
L-Alpha Course huwa okkażjoni ta’ riflessjoni u diskussjoni għal dawk li qegħdin jistaqsu mistoqsijiet dwar is-sens tal-ħajja. Jipprova joffri tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet il-kbar li wieħed jista’ jkollu dwar il-fidi Nisranija. Dan isir b’mod ħafif u informali, f’atmosfera ta’ ħbiberija u nieħdu gost flimkien. Kull min jieħu sehem ikollu iċ-ċans li jistaqsu mistoqsijiet u jiddiskutu dak kollu li huwa mportanti fil-ħajja tagħhom.
Kull laqgħa tibda b’ikla ħafifa flimkien. Wara jintwera video qasir u jkun hemm ħin għad-diskussjoni fi gruppi zgħar. Il-laqgħat isiru kull nhar ta’ Gimgħa filgħaxija, għal għaxar gimgħat wara xulxin. M’hemx ħlas imma donazzjonijiet ikunu apprezzati.
L-Alpha Course qed jiġi organizzat minn Genesis 2, l-Istitut għaż-Żwieg u għall-Familja, li taħdem favur it-tisħiħ tar-relazzjoni tal-koppja, flimkien ma’ Alpha Malta, li għandhom ħafna snin ta’ esperjenza fit-tmexxija ta’ korsijiet bħal dawn.
Nixtiequ nistednuk tiġi għall-ewwel laqgħa li ser issir il-Gimgha 2 ta’ Ottubru fis-7.30 ta’ filgħaxija fl-Istitut, li jinsab 1 Triq l-Oratorju fin-Naxxar. M’hemm l-ebda irbit. Ejja u ara jekk jogħġbokx.
Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.
Jekk tixtieq aktar dettalji tista’ ċċempel 9942 9907 jew 7920 2477.
Għal aktar informazzjoni fuq l-Alpha Course, tista’ ssegwi l-link www.alpha.org.mt