F’Ottubru 2022, il-Fakultà tat-Teoloġija—bil-kollaborazzjoni ta’ fakultajiet, istituti u ċentri oħra fl-Università ta’ Malta—qed toffri Postgraduate Diploma fil-Psikoloġija Pastorali, Master fl-Etika Ambjentali u Master fl-Etika tan-Negozju. Il-korsijiet huma fuq bażi part-time filgħaxija. L-applikazzjonijiet miftuħin.

Għal aktar informazzjoni tista’:

Il-korsijiet jikkwalifikaw għall-iskema ta’ boroż ta’ studju offruti mill-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta lil min jixtieq ikompli l-istudji fl-etika professjonali, teoloġija u oqsma pastorali fil-Fakultà tat-Teoloġija.

Għas-sena akkademika 2022-2023, il-Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż, li se jitqassmu skont dawn il-kriterji:

  • boroż ta’ €800 għal min japplika għad-Diploma fl-Istudji Reliġjużi
  • boroż ta’ €1,200 għal min japplika għad-Diploma PG fil-Psikoloġija Pastorali
  • boroż ta’ €2,000 għal min japplika għall-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) fit-Teoloġija (part-time) jew għall-Master fl-Arti f’wieħed minn dawn l-oqsma: Etika tal-Negozju, Etika Ambjentali, Akkumpanjament Spiritwali, Spiritwalità, Studji Reliġjużi, jew Teoloġija.

L-applikazzjonijiet għall-boroż ta’ studju jagħlqu fl-1 ta’ Ottubru 2022. Aktar dettalji dwar l-iskema u l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn: um.edu.mt/theology/prospective