• Fis-sena akkademika li tibda f’Ottubru, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni Nisranija. B’kollox qed jiġu organizzati tnax-il kors fosthom tliet korsijiet ġodda li ser jitrattaw l-etika u l-politika, l-evanġelizzazzjoni fl-era diġitali u t-tmexxija tal-kant liturġiku. Il-korsijiet offruti huma dawn:

    • The Human Experience of God in Prayer
    • Ethics & Politics: The Call to Public Life
    • Module on the Ministry of the Liturgical Cantor
    • General Education Award in Evangelisation
    • Higher Education Award in Evangelisation in a Digital Age
    • Higher Education Award in Family Ministry
    • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry
    • Higher Education Award in the Liturgy
    • Higher Education Award in Parish Nursing
    • Higher Education Award in Catholic Social Teaching
    • Higher Education Award in Missiology
    • Higher Education Award in Christian Leadership
  • Il-korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali huma lkoll akkreditati mill-Malta Qualifications Council u jwasslu għal general jew higher education award. Agħfas hawn biex tniżżel il-prospectus għas-sena akkademika 2014/2015. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq [email protected] jew iżur is-sit www.maltapfi.org.

    L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf uffiċjalment fl-2007, biex iwieġeb għas-sejħa li ħarġet mis-Sinodu Djoċesan, sabiex joffri formazzjoni lill-Insara għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà.