• Kristu Re 2013

  • Nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2013, il-Knisja tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re. Hija tradizzjoni f’pajjiżna li f’din il-ġurnata tiġi organizzata manifestazzjoni ta’ fidi fuq livell djoċesan. Għal din is-sena ntagħżlet il-Knisja Arċipretali ta’ Marija Assunta, il-Mosta, biex tiġi ċċelebrata din l-attività. Il-programm jinkludi animazzjoni ta’ kant li jibda fl-4.00 p.m. u jkompli b’għeluq is-Sena tal-Fidi bit-talba liturġika ta’ filgħaxija, messaġġ mill-Arċisqof u barka sagramentali.

    Din iċ-ċelebrazzjoni ser titmexxa mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u għaliha jiġu mistiedna kull sena l-President ta’ Malta, il-Prim Ministru, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, il-Prim Imħallef, l-Onorevoli Speaker tal-Kamra u l-Membri Parlamentari.