L-Arċidjoċesi ta’ Malta waqqfet kummissjoni biex tisma’ l-esperjenzi tan-nies dwar il-Komunità Ġesù Salvatur.

Kull min jixtieq jiltaqa’ mal-Kummissjoni jew jgħaddi xi informazzjoni, għandu jibgħat imejl fuq [email protected]. Min diġà għamel kuntatt mal-Kummissjoni m’għandux għalfejn jibgħat imejl.