Baby

Dak li kien President tal-Akkademja għall-Ħajja qed jipprotesta wara l-mewt ta’ tarbija li salvat min attentat ta’ abort imma mietet jumejn wara minħabba li tħalliet bla kura.

L-Isqof Elio Sgreccia qal fuq Radju Vatikan li l-kura hi dover anki jekk il-liġi ma titlobiex b’infurzar. Huwa qal dan waqt li kkritika pubblikament in-nuqqas ta’ kura ta’ tifel tarbija ta’ 22 ġimgħa li salva fi sptar f’Rossano wara attentat ta’ abort minn ommu. Scans qabel it-twelid urew malformazzjoni fit-tarbija, li konsegwentement waslu lill-omm biex tikkontempla li tabortixxi.

It-tifel tarbija, li kien jiżen madwar 300 gramma, allegatament tneħħa mit-tobba waqt intervent mediku u tħalla fil-ġenb sakemm miet. Hu mifhum li t-tifel baqa’ jieħu n-nifs u jiċċaqlaq fir-reċipjent li kien fih sa l-għada filgħodu. Persuna li nżammet anonima intqal li rrappurtat il-każ liċ-Chaplain tal-isptar Fr Antonio Martello li sab lit-tarbija ħajja wara madwar 24 siegħa tal-attentat ta’ abort. Minn hemm is-saċerdot qal lit-tobba bil-każ li intqal li bagħtu lit-tarbija fi sptar fil-qrib, fejn sfortunatament kienet irrapurtata l-mewt tat-tarbija l-għada.

Il-każ kien ikkundannat mill-Għaqda favur il-ħajja.