• L-għaxar pajjiżi bl-iktar Kattoliċi, flimkien jammontaw għal aktar min-nofs il-Kattoliċi mifruxa mad-dinja kollha.

    Skont statistika maħruġa mill-Vatikan, dawn il-pajjiżi huma: il-Brażil (172.2 miljun), il-Messiku (110.9), il-Filippini (83.6), l-Istati Uniti (72.3), l-Italja (58.0), Franza (48.3), il-Kolombja (45.3), Spanja (43.3), ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (43.2) u l-Arġentina(40.8).

    Sal-aħħar tas-sena 2015, kien hawn madwar 1,285 biljun Kattoliku. 

    Mid-dettalji miġbura, ħareġ li żdied in-numru ta’ Kattoliċi madwar id-dinja, minn 1,272 miljun fl-2014 għal 1,285 miljun fl-2015.

    Għal kull 100 persuna mgħammda, 49 huma mill-Amerika, 22.2 mill-Ewropa, 17.3 mill-Afrika, 11 mill-Asja u 0.8 huma minn Oċeanja.

    Imqassma skont il-popolazzjoni tal-kontinenti, Amerikani Kattoliċi hemm 64%, fl-Ewropa hemm 40%, 19% fl-Afrika, 26% fl-Oċeanja u 3% fl-Asja

    Biex iservu lil dawn il-Kattoliċi kollha, hemm: 5,304 isqfijiet, 415,656 saċerdot, 670,320 soru u 45,255 djaknu permanenti.

    Skont l-istess ċifri, jidher li kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ nisa reliġjużi: f’ħames snin niżlu minn 721,935 għal 670,320.