2021-2022

Agħfas hawn għal informazzjoni dwar l-Iskejjel tal-Knisja disponibbli f’kull livell tad-dħul

Reġistrazzjoni ta’ Skola

Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni ta’ Kollaborazzjoni – Subien
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni ta’ Kollaborazzjoni – Bniet

Sena
Kinder 1 SubienReġistrazzjoniFilmatWaiting list – 17/09/2021
Waiting list – 27/07/2021
Waiting list – 25/06/2021
Kinder 1 BnietReġistrazzjoniFilmatWaiting list – 17/09/2021
Waiting list – 31/08/2021
Waiting list – 27/07/2021
Waiting list – 25/06/2021
Kinder 2 SubienReġistrazzjoniFilmatWaiting list – 17/09/2021
Waiting list – 31/08/2021
Waiting list – 27/07/2021
Waiting list – 25/06/2021
Kinder 2 BnietReġistrazzjoniFilmatWaiting list – 17/09/2021
Waiting list – 31/08/2021
Waiting list – 27/07/2021
Waiting list – 25/06/2021
Year 1 BnietReġistrazzjoniFilmatWaiting list – 17/09/2021
Waiting list – 13/08/2021
Waiting list – 16/07/2021
Waiting list – 15/06/2021
Year 1 SubienReġistrazzjoniFilmatWaiting list – 17/09/2021
Waiting list – 13/08/2021
Waiting list – 16/07/2021
Waiting list – 15/06/2021
Year 4 BnietWaiting list – 27/07/2021
Waiting list – 15/06/2021
Form 1 BnietReġistrazzjoniFilmatWaiting list – 17/09/2021
Waiting list – 01/07/2021
Waiting list – 01/06/2021
Form 1 SubienReġistrazzjoniFilmatWaiting list – 17/09/2021
Waiting list – 02/08/2021
Waiting list – 01/07/2021
Waiting list – 01/06/2021

Reġistrazzjonijiet – Każijiet Serji

Kinder 1 Subien Kinder 1 Bniet
Kinder 2 Subien Kinder 2 Bniet
Year 1 Subien Year 1 Bniet
Form 1 Subien Form 1 Bniet

Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja 2021-2022

Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex, fis-snin tad-dħul, huwa determinat mir-Regolamenti ppublikati f’din il-paġna.  Għal Malta is-snin tad-dħul normalment huma l-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.  Din is-sena għandna ukoll ir-raba’ sena bniet. Għal Għawdex is-snin tad-dħul huma l-ewwel sena kindergarten u l-ewwel sena sekondarja. Id-dħul fis-snin l-oħra jieħdu ħsiebu l-iskejjel partikulari. Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jieħu ħsieb ukoll it-trasferiment tal-istudenti mill-Kindergartens ta’ St Francis għal Primarji ta’ St Francis.

Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja huwa marbut mas-sena tat-twelid.  Applikazzjonijiet għad-dħul fil-livelli differenti għandhom isiru skont kif spjegat hawn taħt.

Postijiet vakanti għal studenti fil-Kinder 1 fl-iskola St Francis, Nadur, Għawdex

Il‑Bord tad‑Dħul tal‑IskejjeI tal‑Knisja jinforma lill-pubbliku li għandu erba’ postijiet vakanti fl‑Ewwel Sena Kindergarten fl-iskola ta’ St Francis in-Nadur, Għawdex.  Dawn il-postijiet vakanti għall-applikanti oħra se jimtlew skont ir‑Regolamenti tad-Dħul tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex u skont dawn id-dettalji.

L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu online biss minn knisja.mt/applications min‑nhar il‑Tnejn, 13, sal‑Ħamis, 16 ta’ Settembru 2021. Il‑konferma tal‑applikazzjoni se tintbagħat sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru 2021.

Jekk ikun hemm bżonn, issir polza nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Settembru fl-4:00 p.m fl-iskola ta’ St Francis ir-Rabat, Għawdex.  Jistgħu jattendu biss dawk li se jieħdu sehem fil-polza u jiġu nfurmati b’email. Se jiġi segwit il-protokoll tal-COVID-19.

Jekk wara din is-sejħa jibqa postijiet vojta dawn jimtlew minn min japplika l-ewwel. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom isiru permezz ta’ email lil Sr Francesca fuq [email protected] jew billi żżuru l-iskola ta’ St Francis in-Nadur.


Reġistrazzjoni

Reġistrazzjoni Kinder 1FilmatRiżultati

Poloz

Polza Laura VicunaFilmatRiżultati
Polza Kinder 1 GħawdexFilmat Riżultati skont il-Kunjom Rank Order
Polza Form 1 Subien GħawdexFilmat Riżultati skont il-Kunjom Rank Order
Polza Form 1 Bniet GħawdexFilmat Riżultati skont il-Kunjom Rank Order

Listi ta’ Parteċipanti

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Kindergarten f’Għawdex

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Sekondarja Subien f’Għawdex

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Sekondarja Bniet f’Għawdex

Cirkulari

Agħfas hawn biex tniżżel iċ-ċirkulari b’informazzjoni dwar il-Postijiet fl-Ewwel Sena Kindergarten u fl-Ewwel Sena Sekondarja f’Għawdex.

Applikanti tal-Ewwel Kriterju

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ Applikanti tal-Ewwel Kriterju għall-Ewwel Sena Kindergarten u l-Ewwel Sena Sekondarja f’Għawdex.

Regolamenti

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għad-Dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għad-Dħul fl-Ewwel Sena Skondarja

L-Applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju għad-Dħul f’Għawdex isiru onlajn mill-5 sal-15 ta’ Frar 2021

Postijiet vakanti għal studenti subien bi statement ta’ shared sapport fl‑Ewwel Sena Sekondarja

Agħfas hawn biex tniżżel ir-riżultati

Il‑Bord tad‑Dħul tal‑IskejjeI tal‑Knisja jinforma lill‑pubbliku li għandu erba’ postijiet vakanti fl‑Ewwel Sena Sekondarja għal subien li għandhom statement ta’ shared sapport. Tliet postijiet vakanti huma f’St Elias College f’Santa Venera u post fi Stella Maris College fil‑Gżira. Dawn il‑postijiet vakanti għall‑applikanti oħra se jimtlew skont ir‑Regolamenti tad‑Dħul tal‑Każijiet Serji u skont dawn id‑dettalji.

L‑applikazzjonijiet se jintlaqgħu online biss minn knisja.mt/applications minn nhar il‑Ħamis 26 ta’ Awwissu sat‑Tlieta 31 ta’ Awwissu 2021. Il‑konferma tal‑applikazzjoni se tintbagħat sat‑Tnejn 6 ta’ Settembru 2021.

Il-polza ssir nhar il‑Ġimgħa, 10 ta’ Settembru, fit‑8:30 a.m. fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Jistgħu jattendu dawk li se jieħdu sehem fil‑polza filwaqt li jaderixxu mal‑protokolli kontra l-imxija tal‑COVID‑19.

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għall-Każijiet Serji jew ċempel fuq 25906306/9 għal aktar informazzjoni.


Riżultati

Polza – Każijiet Serji – Kriterju 1Filmat Riżultati
Polza – Każijiet Serji – Kriterju 3Filmat Riżultati

Regolamenti

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għall-Asylum Seeker

Agħfas hawn biex tniżżel iċ-ċirkulari b’informazzjoni dwar il-Postijiet għall-Każijiet Serji

Agħfas hawn biex tniżżel ir-regolamenti għall-Każijiet Serji

Dettalji dwar l-applikazzjonijiet

DATI – MILI TA’ APPLIKAZZJONIJIET – L-EWWEL KRITERJU

Minħabba l-COVID-19 il-proċess tad-dħul ser isir kollu onlajn.

APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI: MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja, ta’ tfal tal-Impjegati fl-istess skola, tal-Aħwa, ta’ transfers, ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza, ta’ tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwità u ta’ tfal tal-impjegati fi skola oħra (Para. 1a-1ġ) isiru:

  • Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 7999 0224, 7951 5491 u 7786 5241 f’dawn il-ħinijiet; mit-8:00 a.m. sas-2:00 p.m skont din l‑iskeda.

    Dawk bil-kunjom li jibda bl-ittri mill-A sa Ċ nhar it-Tnejn, 30 ta’ Novembru.
    Dawk bil-kunjom li jibda bl-ittri mill-D sa M nhar it-Tlieta, 1 ta’ Diċembru.
    Dawk bil-kunjom li jibda bl-ittri mill-N sa Ż nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Diċembru.
    Kunjomijiet kollha ll-Ħamis u l-Ġimgħa, 3 u 4 ta’ Diċembru
  • Il-formoli tal-applikazzjonijiet ma jitniżżlux minn fuq is-sit elettroniku. 

GĦAJNUNA QABEL IL-FTUĦ TAL-APPLIKAZZJONIJIET – KAŻIJIET SERJI

Każijiet Serji l-Ewwel Kriterji:

Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja, ta’ tfal tal-Impjegati fl-istess skola, tal-Aħwa, ta’ transfers, ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza, ta’ tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwità u ta’ tfal tal-impjegati fi skola oħra (Para. 1a-1ġ)

  • Il-ġenituri jistgħu iċemplu fuq in-numru ta’ sapport 2590 6755/6 mit-Tnejn 23 ta’ Novembru sal-Erbgħa 25 ta’ Novembru bejn it-8:30 a.m u s-2:30 p.m. għal xi mistoqsijiet qabel ma jiftħu l-applikazzjonijiet.

APPLIKAZZJONIJIET TARD – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

Applikazzjonijiet tard tal-Ewwel Kriterju (Para. 1a-1ġ):

  • F’każ ta’ diffikulta’ fil-mili tal-applikazzjoni onlajn wieħed jista’ jċempel fuq 7999 0224, 7951 5491 u 7786 5241 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8:00 a.m. u s-2:00 p.m.

  DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI

Dokumenti li jridu jittelgħu mal-applikazzjoni:

a. Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija.
b. Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel/ tifla.
ċ. Ritratt tat-tifel/ tifla (daqs ta’ passaport).
d. Waqt l-applikazzjoni il-ġenituri jiġu mitluba juru l-kunsens tagħhom mad-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.  Din id-Dikjarazzjoni tista’ tara u /jew tniżżilha minn www.knisja.mt. Il-ġenituri jiġu mitluba jindikaw jekk iridux li jiġu notifikati jekk l-Uffiċċju tad-Dħul ikollu bżonn jikkuntatja lill-iskola ta’ tfal tagħhom.
e. Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux/għandix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux/għandix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn www.knisja.mt   F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard.  F’dan il-każ, l‑applikant irid jindika jekk l-istudent/a ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu/ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun/a minn LSE.  Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri ma tibqax tgħodd.   Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard minn jumejn qabel ir‑Reġistrazzjoni ta’ Skola.  Jekk dan ma jsirx l-applikazzjoni tkun inkompleta u għalhekk invalida. Din id-Dikjarazzjoni mhix applikabli għal-Kinder 1.
f. L-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew  minn rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni. 
ġ. F’każ ta’ ġenituri separati fejn il-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u/ jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta,  hemm bżonn il‑kunsens taż-żewġ ġenituri u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti, fejn jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall‑edukazzjoni tat-tifel/ tifla.   Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.  
  Dokumenti Oħra meħtieġa skont il-kriterju li wieħed qed japplika.
g. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja:   Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja. Din id-Dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l‑iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel/ tifla.  Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn www.knisja.mt  
għ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:   Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra;Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri; uF’każ ta’  tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel/ tifla huma adottati, jew hemm ftehim ta’ fostering.Dokumenti tal-kustodja ta’ aħwa fejn xi ħadd mill-ġenituri mhux komuni (half siblings).
h. Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw li Statement of Needs u l-aħħar rapport mill-psikologu edukattiv.
ħ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ każijiet Serji:
i.     Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji     
ii.    Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tas-sena ta’ qabel fejn hemm 
iii.   L-iStatement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP 
iv.   Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand psikologu edukattiv                                                              
v.    Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta l-istatement of Needs meta dan jingħata.

DATI – MILI TA’ APPLIKAZZJONIJIET – APPLIKANTI OĦRA

Minħabba l-COVID-19 il-proċess tad-dħul ser isir kollu onlajn.

APPLIKAZZJONIJIET SKONT IT-TIELET KRITERJU:

APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

  • Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 7999 0224, 7951 5491 u 7786 5241 f’dawn il-ħinijiet, mit-8:00 a.m. sas-2:00 p.m skont din l‑iskeda.

    Dawk bil-kunjom li jibda bl-ittri mill-A sa Ċ nhar it-Tnejn, 1 ta’ Frar.
    Dawk bil-kunjom li jibda bl-ittri mill-D sa M nhar it-Tlieta, 2 ta’ Frar.
    Dawk bil-kunjom li jibda bl-ittri mill-N sa Ż nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Frar.
    Kunjomijiet kollha mill-Ħamis sal-Ġimgħa, 4 sa 12 ta’ Frar.

GĦAJNUNA QABEL IL-FTUĦ TAL-APPLIKAZZJONIJIET – KAŻIJIET SERJI

Każijiet Serji t-Tielet Kriterju: Applikanti Oħra

  • Il-ġenituri jistgħu iċemplu fuq in-numru ta’ sapport 2590 6755/6 mit-Tnejn 25 ta’ Jannar sal-Erbgħa 27 ta’ Jannar bejn it-8:30 a.m u s-2:30 p.m għal xi mistoqsijiet qabel ma jiftħu l-applikazzjonijiet u biex jiċċekjaw jekk humix ser jintlaqaw applikazzjonijiet għal-każijiet serji tat-tielet kriterju – applikanti oħra.

APPLIKAZZJONIJIET TARD SKONT IT-TIELET KRITERJU:

APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

  • F’każ ta’ diffikulta’ fil-mili tal-applikazzjoni onlajn wieħed jista’ jċempel fuq 7999 0224, 7951 5491 u 7786 5241mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8:00 a.m. u s-2:00 p.m.

DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI

Dokumenti li jridu jittelgħu mal-applikazzjoni:

a. Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija.
b. Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel/ tifla.
ċ. Ritratt tat-tifel/ tifla (daqs ta’ passaport).
d. Waqt l-applikazzjoni il-ġenituri jiġu mitluba juru l-kunsens tagħhom mad-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.  Din id-Dikjarazzjoni tista’ tara u /jew tniżżilha minn www.knisja.mt. Il-ġenituri jiġu mitluba jindikaw jekk iridux li jiġu notifikati jekk l-Uffiċċju tad-Dħul ikollu bżonn jikkuntatja lill-iskola ta’ tfal tagħhom.
e. Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux/għandix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux/għandix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn www.knisja.mt   F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard.  F’dan il-każ, l‑applikant irid jindika jekk l-istudent/a ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu/ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun/a minn LSE.  Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri ma tibqax tgħodd.   Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard minn jumejn qabel ir‑Reġistrazzjoni ta’ Skola.  Jekk dan ma jsirx l-applikazzjoni tkun inkompleta u għalhekk invalida.   Din id-Dikjarazzjoni mhix applikabli għal-Kinder 1.
f. L-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew  minn rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni. 
ġ. F’każ ta’ ġenituri separati fejn il-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u/ jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta,  hemm bżonn il‑kunsens taż-żewġ ġenituri u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti, fejn jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall‑edukazzjoni tat-tifel/ tifla.   Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.  
  Dokumenti Oħra meħtieġa skont il-kriterju li wieħed qed japplika.
g. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja:   Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja. Din id-Dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l‑iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel/ tifla.  Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn www.knisja.mt  
għ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:   Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra;Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri; uF’każ ta’  tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel/ tifla huma adottati, jew hemm ftehim ta’ fostering.Dokumenti tal-kustodja ta’ aħwa fejn xi ħadd mill-ġenituri mhux komuni (half siblings).
h. Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw li Statement of Needs u l-aħħar rapport mill-psikologu edukattiv.
ħ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ każijiet Serji:
i.     Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji     
ii.    Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tas-sena ta’ qabel fejn hemm 
iii.   L-iStatement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP 
iv.   Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand psikologu edukattiv                                                              
v.    Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta l-iStatement of Needs meta dan jingħata.

Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €20.
Il-ħlas għal applikazzjoni tard hu ta’ €25.
Il-ħlas ta’ reġistrazzjoni li mal-għażla tal-iskola hu ta’ €50.

Dan il-ħlas jintalab għall-ispejjeż amministrattvi.

Dawn l-avvenimenti kollha ser jittellgħu u jixxandru dirett fuq www.knisja.mt

POLOZ & REĠISTRAZZJONI GĦAWDEX

POLZA GĦAWDEX KINDER 1 24 MARZU 9:30
POLZA GĦAWDEX FORM 1 SUBIEN 24 MARZU 11:00
POLZA GĦAWDEX FORM 1 BNIET 24 MARZU 11:30
REĠISTRAZZJONI GĦAWDEX KINDER 1 29 MARZU 9:30

POLOZ & REĠISTRAZZJONI MALTA

POLZA KAŻIJIET SERJI – KRITERJU 1
POLZA KAŻIJIET SERJI – KRITERJU 3
09 APRIL
09 APRIL
9:30
10:30
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI FORM 1 SUBIEN
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI FORM 1 BNIET
13 APRIL
13 APRIL
9:30
11:30
POLZA TAL-GĦAŻLA FORM 1 SUBIEN
POLZA TAL-GĦAŻLA FORM 1 BNIET
16 APRIL
16 APRIL
9:30
11:30
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI YEAR 1 SUBIEN
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI YEAR 1 BNIET
20 APRIL
20 APRIL
9:30
12:30
POLZA TAL-GĦAŻLA YEAR 1 SUBIEN
POLZA TAL-GĦAŻLA YEAR 1 BNIET
23 APRIL
23 APRIL
9:30
11:00
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA FORM 1 SUBIEN 27 APRIL9:30
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA FORM 1 BNIET 30 APRIL9:30
POLZA TAL-GĦAŻLA YEAR 4 BNIET*
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI KINDER 2 BNIET
04 MEJJU
04 MEJJU
9:30
11:00
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA YEAR 1 SUBIEN 11 MEJJU9:30
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA YEAR 1 BNIET 14 MEJJU9:30
POLZA TAL-GĦAŻLA KINDER 2 SUBIEN
POLZA TAL-GĦAŻLA KINDER 2 BNIET
18 MEJJU
18 MEJJU
9:30
12:00
POLZA TAL-GĦAŻLA KINDER 1 SUBIEN
POLZA TAL-GĦAŻLA KINDER 1 BNIET
25 MEJJU
25 MEJJU
9:30
12:30
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA KINDER 2 BNIET 28 MEJJU9:30
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA KINDER 2 SUBIEN
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA KINDER 1 SUBIEN
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA KINDER 1 BNIET
04 ĠUNJU
04 ĠUNJU
04 ĠUNJU
9:30
11:00
12:00

* Tibdil fil-polza u r-reġistrazzjoni tal-Year 4 Bniet

Agħfas like fuq il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq Facebook u rreġistra għan-newsletter tal-Arċidjoċesi ta’ Malta biex iżżomm ruħek aġġornat dwar il-proċess għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.