L-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei f’kundizzjoni medika tajba wara li lbierah filgħaxija sarlu intervent minuri f’qalbu.
Waqt il-Quddiesa tal-Ħadd li xxandret dalgħodu, Mons. Arċisqof Charles Scicluna ħeġġeġ lill-Insara biex jitolbu għalih.