L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħalla Malta l-Ħamis filgħaxija, 21 ta’ Lulju 2011, għal Lourdes fejn qiegħed imexxi pellegrinaġġ għall-morda organiżżat mill-Għaqda għat-Trasport tal-Morda. L-Arċisqof jinsab akkumpanjat minn Mons. Annetto Depasquale, Vigarju Ġenerali u mill-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca. Għal dan il-pellegrinaġġ qed jattendu 130 ruħ bejn morda, voluntiera u pellegrini. Huma jaslu lura Malta nhar l-Erbgha 27 ta’ Lulju, 2011.