Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-festin organizzat bħala parti mill-Kampanja ta’ Radju RTK b’risq il-Familji fil-Bonn. Madwar 300 tifel u tifla attendew ghal din l-attivita’ li saret fl-auditorium tas-Seminarju f’Tal-Virtu’.
L-Arċisqof Cremona enfasizza li dawn it-tfal g]andhom jiġu mogħtija attenzjoni biex id-dinjita’ tagħhom tiġi espressa minkejja l-problemi u ċ-ċirkostanzi li jkunu għaddejjin minnhom. L-Ar`isqof faħħar id-diversi kampanji għall-ġbir ta’ fondi li jseħħu matul dan i–mien tas-sena u appella biex dan l-ispirtu ġeneru jibqa’ għaddej matul is-sena kollha.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.