-
-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna wasal lura Malta llum waranofsinhar wara ġimagħtejn fiċ‑Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. Fl‑Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie milqugħ minn ommu, ħutu u qraba oħra, u mill‑Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.
L‑Arċisqof ser ikompli bil‑ħidma tiegħu fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, bl‑ewwel impenn pubbliku jkun nhar il‑Ġimgħa 9 ta’ Marzu. Dakinhar Mons. Arċisqof ser imexxi l‑pellegrinaġġ bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur u jiċċelebra Quddiesa fl‑Isla.
-
-
-
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja – Ian Noel Pace