Nhar it-Tlieta, 6 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., Pastor Lembke mill-Knisja Luterana u Mr Peter Lloyd (Church of Scotland) pparteċipaw f’laqgħa ekumenika li saret fil-kampus tal-Universitá . Din l-attivitá ġiet organizzata miċ-Chaplaincy tal-Universitá bħala parti mill-attivitajiet tal-Milied bit-tema “hearts wide open today”. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, l-istaff u l-istudenti li jiffrekwentaw ic-Chaplaincy qed jiġbru l-fondi b’risq id-Dar tal-Providenza u għal guide dog meħtieġ minn tifel ta’ 7 snin.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]