Nhar is-Sibt, 15 ta’ Mejju, 2010, wasalna New York wara gimgha mimlija attivitajiet f’Tornto, Ontario il-Canada. Iz-zjara fil-Canada spiccat b’attivita’ socjali li ghaliha attendew mal-500 ruh. Kienet okkazzjoni sabiha u ta’ ferh kemm ghall-Arcisqof Pawlu Cremona li kellu l-opportunita` ikellem lil kulhadd, kif ukoll ghall-istess Maltin li geddew ir-rabtiet ta’ bejniethom. Hadmu hafna ghal din l-attivita’ Fr Karm Borg M.S.S.P., Kappillan tal-Komunita’ Maltija, kif ukoll Fr Domnic Cachia M.S.S.P. u l-kumitat tal-Knisja ta’ San Pawl Appostlu, li qieghda fuq id-Dandas.
Il-kumitat tal-‘Maltese American Society’ f’Astoria, fi New York, ma qaghadx lura biex flimkien mal-Ambaxxatur Malti ghal Gnus Maghquda, l-E.T. is-Sur Salv Borg u l-Konslu Malti s-Sur Wilfred Mallia jorganizzaw laqgha sabiha biex l-emigranti Maltin ikunu jistghu jiltaqghu mal-Arcisqof. Dawn il-laqghat bdew bic-celebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Parrocca “Most Precious blood” u ikkoncelebraw ukoll xi qassisin Maltin li hawn jahdmu hawn hekk, fosthom Fr Gelel li ilu hawn mas-sittin sena jaghti s-servizz tieghu. Wara saret attivita’ fil-kazin tal-istess socjeta’ fejn mill-20 ta’ Jannar li ghadda ‘l hawn il-pjazza ta’ quddiemu giet imsemmija ghal Malta, “Malta Square”.
Nhar il-Hadd 16 ta’ Mejju, l-Arcisqof Cremona kien mistieden jikkoncelebra mal-Arcisqof Mons. Timothy Dolan ta’ New York, fil-Katidral deddikat lil St. Patrick’s. Waqt din il-Quddiesa kienu prezenti kemm id-delegazzjoni Maltija, kif ukoll il-kumitat tal-Maltese American Society, dawk li dan l-Ghid li ghadda taghamdu u dahlu fil-Knisja Kattolika kif ukoll sorijiet li kienu qeghdin jiccelebraw l-anniversarju taghhom fl-ordni li jiffurmaw parti minnu.
Il-visti ufficcjali ma jonqsux u ghalhekk kien hemm visita fl-ufficini tal-Gnus Mghaquda, ir-residenza tal-amabxxatur Malti fl-istess Gnus Mghaquda u ghand in-Nunzju Appostoliku, E.T. Mons Celestino Migliore. Dawn il-visti jkomplu jkabbru il-konoxxenza ta’ bejnietna u apprezzament ta’ l-istess hidma li dawn hutna jaghmlu b’risq il-komunita’ Maltija u ingenerali. Hekk waslet fi tmiema din il-vista pastorali li fi kliem Mons. Arcisqof tfisser aktar minn kollox, laqgha ma’ hafna minn hutna Maltin biex tikber il-hbiberija, u jifhmu li l-Knisja f’Malta ghada jimpurtaha minnhom kemm ghall-htigijiet spiritwali kif ukoll tinteressa ruha li huma jaghmlu u jibqghu jikbru fis-success taghhom. Fr Alfred Vella, Direttur Kummissjoni Emigranti.
Fr Alfred Vella