Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa li fiha ordna lir-Rev. Robert Galea bħala Presbiteru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.
Rev. Robert Galea li għandu 28 sena u li hu mill-parroċċa tal-Ibraġ beda l-istudju tiegħu fl-2003 fis-seminarju tal-Arċisqof hawn Malta. Fuq xewqa tiegħu stess, fl-2007 saret talba mill-Isqof Malti ta’ Sandhurst, Mons. Joe Grech, biex Robert ikompli l-istudji tiegħu fl-Awstralja, liema talba kienet ġiet milqugħa mill-Arċisqof Pawlu Cremona.
Illum il-ġurnata Robert huwa kantant u kittieb ta’ muzika Nisranija moderna magħruf internazzjonalment. Bir-recording tas-CDs “Divine Mercy Chaplet” f’ Lulju ta’ din is-sena, bl-album “What a Day” fl-2008 u permezz tal-ewwel album tiegħu fl-2006 “Closer”, Robert Galea jgħid li l-ikbar xewqa f’ħajtu hi li jressaq lill-bniedem lejn il-qalb ta’ Ġesu’. Jistqarr li għalkemm il-muzika tfisser ħafna għaliħ, l-ewwel u qabel kollox hu dixxiplu ta’ Kristu, djaknu u issa wkoll saċerdot ta’ Kristu.
F’Diċembru, Fr. Robert Galea se jħalli Malta lejn l-Awstralja biex jaqdi l-ministeru saċedortali fid-djoċesi ta’ Sandhurst, ġewwa Victoria.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]