Madwar 635,000 firma favur iż-żwieġ u l-familja kienu preżentati quddiem is-Senat Arġentin, hekk kif leġislaturi qed jikkunsidraw l-għaqda bejn persuni tal-istess sess u anki l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess.
Is-Senatur Liliana Negre de Alonso, President tal-Kummissjoni għal-Leġislazzjoni Ġenerali fi ħdan is-Senat, irċeviet rappreżentanti ta’ diversi istituzzjonijiet li ppreżentaw il-524,000 firma u stqarrija appoġġjata minn iktar minn 400 organizzazzjoni. 110,000 firma separate iddaħħlu wkoll minn nies li qed jappellaw lil dawk li jfasslu l-liġijiet fil-pajjiż sabiex ipoġġu l-kwistjoni quddiem il-poplu għal vot. Il-ħamess kelliema li ppreżentaw il-firem affermaw li huma jirrappreżentaw ir-rieda tal-poplu u li s-Senat tal-pajjiż ma jistax jinjora din l-għajta.
Is-Senatur Negre de Alonso wegħdet li tgħarraf lil senaturi oħra bil-firem, materjal, ritratti u videos li kienu preżentati.
BUENOS AIRES, Argentina