Waqt it-tmien Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kulleġġ tal-Karinali ġie deċiż li l-Konklavi biex jinħatar Papa ġdid se jibdew nhar it-Tlieta, 12 ta’ Marzu.
It-Tlieta filgħodu ser tiġi ċċelebrata quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-Kardinali se jidħlu għall-Konklavi wara nofsinhar.
Dan ser ikun il-75 konklavi fl-istorja tal-Knisja Kattolika.
Iktar kmieni, waqt press briefing indirizzat mill-Kelliem għall-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Patri Federico Lombardi, tħabbar li se jkun il-Kardinal Malti Prospero Grech li jmexxi l-meditazzjoni fil-bidu tal-Konklavi.
Mistoqsi mill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem għas-Santa Sede, Patri Federico Lombardi iddeskriva lill-Kardinal Matli bħala espert dwar il-Missirijiet tal-Knisja. Kien propju għalhekk li intagħżel hu biex imexxi l-meditazzjoni.
Il-Kardinali li jieħdu sehem fl-għażla tal-Papa ġdid irid ikollhom inqas minn 80 sena. Il-kardinal Prospero Grech mhux se jieħu sehem f’din l-għażla peress li għandu 86 sena.