Nhar il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2011, il-Knisja f’Malta ngħaqdet mal-Knisja Universali biex tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re b’attivita’ djoċesana bit-tema “Naqsmu mal-oħrajn il-ferħ tal-fidi tagħna”. Din iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera. Il-programm taċ-ċelebrazzjoni nkluda animazzjoni ta’ kant, feature bbażat fuq it-tema li ttella’ mill-grupp ta’ familji nsara fi ħdan l-MSSP bl-isem ‘Miskan’ u messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Aħfas hawn biex tisma l-messaġġ tal-Arċisqof; biex taqra dan il-messaġġ agħfas hawn.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]